Min jista’ japplika?
Kull min għandu 16-il sena jew aktar, jirrappreżenta uffiċjalment każin jew banda tal-festa f’Malta jew Għawdex, u għandu l-approvazzjoni tal-kumitat rispettiv.
Jekk inti dilettant veru tal-festa Maltija, dan huwa l-mument tiegħek. Irrappreżenta l-każin jew il-banda tiegħek fit-2 Staġun ta’ MA TAGĦMLU XEJN – Il-Kwiżż tal-Festa. Kwiżż immexxi minn Ron Briffa.
Każin u banda f’kompetizzjoni nazzjonali waħda.
21 programm mimli b'informazzjoni fuq il-festa f'forma ta' kwiżż li jibdew bl-eliminatorji, kwartifinali u finali!
Kull nhar ta' Tnejn, L-Erbgħa u Ġimgħa fuq TVM.
Il-festa tidħol fuq il-palk b’dawl, mużika, adrenalina, udjenza live u identità Maltija — programm maħsub biex jispikka mill-ewwel mument.
Il-parteċipanti jikkompetu f’mistoqsijiet relatati mal-kultura tal-festa, il-każini u l-baned, it-tradizzjonijiet, il-mużika, l-istorja, in-nar, l-armar, il-qaddisin, il-liturġija u temi oħra relatati.
Kull min għandu 16-il sena jew aktar, jirrappreżenta uffiċjalment każin jew banda tal-festa f’Malta jew Għawdex, u għandu l-approvazzjoni tal-kumitat rispettiv.
Kull rawnd iġib miegħu għażla, ritmu u riskju, filwaqt li l-festun tal-kontestant jinxtegħel bozza wara l-oħra. L-ewwel dilettant li jixgħel il-fustun kollu jirbaħ.
Ir-raddiena ddur u tieqaf fuq kategorija relatata ma’ festa. Minn hawn il-fratellanza tistaqsi mistoqsija lid-dilettant
Kull dilettant jisma’ marċ oriġinali u jrid jaqta’ l-isem jew il-kompożitur li kiteb dan il-marċ. Dan jiddetermina l-pożizzjoni ta’ fejn ikun ser jilgħab
Deċiżjoni strateġika li tista’ tħaffef il-progress tal-kontestant — jew tikkastiga r-riskju.
Il-mument ta’ periklu massimu: agħżel il-kategorija, wieġeb u ara jekk it-tweġiba hijiex tajba. Jekk le, jintefa’ l-fustun kollu
Il-punteġġ jidher viżwalment fuq il-festun ta’ kull kontestant. Hemm 12-il bozza. L-interventi jibdlu l-istrateġija, u jistgħu jgħinu lid-dilettant fit-tweġibiet imma l-Kaxxa Infernali tista’ tħassar il-progress miksub! Imma l-wegħda taf twasslek biex tagħtik 3 bozzoz jekk twieġeb tajjeb, jekk le tagħti bozza lid-dilettanti kollha
Ibda l-mini-kwiżż, ara l-mistoqsijiet waħda waħda u wieġeb qabel jispiċċa l-ħin.
Agħfas Start biex tibda. Kull mistoqsija tidher waħda waħda, twieġeb u tagħfas Next biex tgħaddi għall-oħra.
Għandek 60 sekonda biex twieġeb is-6 mistoqsijiet u tixgħel il-fustun kollu!
Kull tweġiba tajba tixgħel bozza meta tagħfas Next. Wieġeb is-6 mistoqsijiet tajjeb biex tixgħel il-fustun kollu.
MA TAGĦMLU XEJN – Il-Kwiżż tal-Festa. Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet jirregolaw il-parteċipazzjoni fil-kwiżż televiżiv MA TAGĦMLU XEJN – Il-Kwiżż tal-Festa, produzzjoni televiżiva għax-xandir fuq PBS / TVM, prodotta mit-tim tal-produzzjoni ta’ MA TAGĦMLU XEJN.
Billi tintbagħat din l-applikazzjoni, l-applikant jikkonferma li qara, fehem u aċċetta dawn it-Termini u Kundizzjonijiet.
Età: Il-kontestanti kollha jridu jkollhom 16-il sena jew aktar fid-data tal-applikazzjoni. It-tim tal-produzzjoni jista’ jitlob prova tal-età, bħal karta tal-identità jew passaport.
Rappreżentanza: Kull kontestant irid jirrappreżenta uffiċjalment Każin jew Banda tal-Festa waħda f’Malta jew Għawdex.
Approvazzjoni tal-Każin: Kull applikazzjoni trid tkun endorsjata jew approvata mill-kumitat tal-Każin rispettiv. It-tim tal-produzzjoni jista’ jitlob ittra formali ta’ approvazzjoni jew konferma oħra bil-miktub.
Parteċipant wieħed għal kull Każin: Kull Każin jista’ jkun irrappreżentat minn kontestant wieħed biss, sakemm it-tim tal-produzzjoni ma jiddeċidix mod ieħor.
Kull episodju se juri kontestanti jikkompetu kontra xulxin f’format ta’ kwiżż ibbażat fuq il-kultura tal-festa, il-każini u l-baned, it-tradizzjonijiet, il-mużika, l-istorja, in-nar, l-armar, il-qaddisin, il-liturġija u temi oħra relatati.
Il-kompetizzjoni hija mistennija tinkludi rawnds eliminatorji, kwartifinali u finali.
Id-dati u l-arranġamenti tal-ġbid jiġu komunikati mit-tim tal-produzzjoni lill-parteċipanti magħżula.
Jekk kontestant javvanza għall-fażi li jmiss, irid jibqa’ disponibbli biex ikompli jirrappreżenta lill-istess Każin.
Id-deċiżjonijiet tal-Produtturi dwar il-punteġġ, l-eliġibbiltà, l-avvanz, ir-regoli, ir-riżultati u l-istruttura tal-kompetizzjoni huma finali u vinkolanti. Ma tidħol l-ebda korrispondenza dwar dawn id-deċiżjonijiet.
Ir-rebbieħ tal-finali jingħata premju totali ta’ €15,000.
Il-flus tal-premju jingħataw lill-Każin jew Banda tal-Festa rrappreżentata mill-kontestant rebbieħ, u mhux lill-kontestant personalment.
Il-premju jiġi pproċessat permezz ta’ bank transfer fil-kont bankarju uffiċjali tal-Każin rispettiv, suġġett għall-proċeduri amministrattivi u ta’ verifika meħtieġa.
Il-kontestanti magħżula jridu jkunu disponibbli għall-ġbid skont l-istruzzjonijiet mogħtija mit-tim tal-produzzjoni. Nuqqas ta’ preżenza jista’ jwassal għal skwalifika.
Il-kontestanti, ir-rappreżentanti tal-Każin u s-sapporters huma mistennija jġibu ruħhom b’mod xieraq u rispettabbli tul il-ġbid kollu.
It-tim tal-produzzjoni jirriżerva d-dritt li jiskwalifika kontestant jew ineħħi kwalunkwe persuna li l-imġiba tagħha titqies mhux xierqa, offensiva, diżordinata jew kuntrarja għall-ispirtu tal-programm.
Is-sapporters għandhom iżommu atmosfera pożittiva, sportiva u rispettabbli. Kummenti offensivi, għajjat, banners, ġesti jew messaġġi kontra Każini oħra, lokalitajiet, kontestanti, membri tal-udjenza, il-crew jew rappreżentanti tal-produzzjoni mhux se jkunu permessi.
Il-kontestanti u s-sapporters iridu jsegwu l-istruzzjonijiet kollha mogħtija mit-tim tal-produzzjoni qabel, waqt u wara l-ġbid.
Kull kontestant irid ikun akkumpanjat minn grupp ta’ sapport ta’ mill-inqas 10 persuni mill-Każin.
Kull Każin irid jinnomina:
It-tim tal-produzzjoni jipprovdi aktar istruzzjonijiet dwar kif se jiffunzjonaw l-għajnuniet matul il-programm.
Billi japplikaw u jipparteċipaw, il-kontestanti jagħtu l-kunsens għall-użu ta’ isimhom, ix-xbieha tagħhom, il-vuċi tagħhom, l-immaġni tagħhom u l-isem tal-Każin li qed jirrappreżentaw fil-programm u fil-materjal promozzjonali relatat mal-ispettaklu, mingħajr kumpens addizzjonali.
Peress li din hija produzzjoni televiżiva, il-kontestanti, is-sapporters, il-membri tal-udjenza u r-rappreżentanti tal-Każin li jattendu l-ġbid jistgħu jidhru fuq il-kamera.
Qabel il-ġbid jistgħu jkunu meħtieġa proċeduri oħra ta’ kunsens mit-tim tal-produzzjoni.
Peress li l-programm jiġi rrekordjat qabel ix-xandir, il-kontestanti, is-sapporters, il-membri tal-udjenza u kull rappreżentant tal-Każin għandhom iżommu kunfidenzjali dak kollu li jseħħ matul il-ġbid.
L-ebda persuna li tattendi l-ġbid ma tista’ tiżvela, tippubblika jew tiddiskuti min rebaħ, min ġie eliminat, liema mistoqsijiet saru, x’ġara fil-logħba jew kwalunkwe dettall ieħor dwar il-programm qabel jixxandar l-episodju relevanti fuq PBS / TVM.
Dan jinkludi, iżda mhux limitat għal, konversazzjonijiet ma’ terzi persuni, posts fuq is-social media, ritratti, videos, messaġġi, kummenti, intervisti jew kwalunkwe forma oħra ta’ divulgazzjoni pubblika jew privata.
Il-kontenut kollu, il-footage, ir-recordings, il-grafika, il-mistoqsijiet, il-format, l-elementi tal-programm u l-proprjetà intellettwali ġġenerati waqt il-produzzjoni ta’ MA TAGĦMLU XEJN jibqgħu proprjetà tat-tim tal-produzzjoni u/jew tad-detenturi tad-drittijiet rilevanti.
L-ebda kontestant, supporter jew rappreżentant tal-Każin ma jista’ jirrekordja, jirriproduċi, jippubblika jew iqassam xi parti mill-ġbid mingħajr permess minn qabel bil-miktub mit-tim tal-produzzjoni.
Id-data personali pprovduta waqt il-proċess tal-applikazzjoni tiġi pproċessata skont il-GDPR u l-leġiżlazzjoni lokali rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.
Id-data tintuża għall-amministrazzjoni, casting, produzzjoni, komunikazzjoni u organizzazzjoni tal-kwiżż televiżiv.
Id-data personali ma tintużax għal skopijiet mhux relatati mingħajr kunsens, sakemm dan ma jkunx meħtieġ bil-liġi.
It-tim tal-produzzjoni jirriżerva d-dritt li jemenda dawn it-Termini u Kundizzjonijiet fi kwalunkwe ħin biex jiżgura t-tmexxija bla xkiel tal-kompetizzjoni u tal-produzzjoni.
Sal-massimu permess mil-liġi, it-tim tal-produzzjoni ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal telf, ħsara, korriment jew diżappunt imġarrab minn xi parteċipant b’riżultat tal-parteċipazzjoni fil-programm.
Is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ma tiggarantixxix l-għażla għall-programm.
It-tim tal-produzzjoni jirriżerva d-dritt li jaċċetta, jirrifjuta jew jagħmel shortlist tal-applikazzjonijiet skont id-diskrezzjoni tiegħu.
Jekk inti kumpanija, aġenzija u tixtieq tirreklama ma’ dan il-programm, it-tim tas-sales ta’ PBS jista’ jiggwidak dwar opportunitajiet ta’ reklamar u sponsorship fuq dan il-programm.
Arthur Caruana · PBS Sales · acaruana@pbs.com.mt